Oscars: Il-film Argo jikseb l-ikbar unuri

Il-film Argo rebaħ l-ikbar unur fost il-premji Oscar kollha, dak tal-Best Picture. Id-direttur u l-producer ta’ dan il-film huwa Ben Affleck.
Il-film li ħa l-premju tal-aqwa direttur kien Life of Pi, bid-direttur Ang Lee.

Dawk kollha li segwew l-Oscars il-bieraħ filgħaxija, raw sorpriża ċkejkna hekk kif il-mara tal-President Amerikan Barrack Obama, Michelle Obama, ħabbret l-unur ta’ Best Picture.

Waqt dan l-avveniment, l-attur Daniel Day-Lewis sar l-ewwel attur li rebaħ tliet premji Oscar għall-aħjar attur. Din id-darba rebaħ dan l-award permezz tal-film Lincoln.