“Oscar Pistorius hu giddieb kbir”

Skont il-prokuratur Gerrie Nel, li qed isegwi l-każ ta’ Oscar Pistorius, l-atleta akkużat bil-qtil tal-għarusa tiegħu, hu giddieb kbir u li fil-Qorti qal ruxmata gideb. 
Għada l-Ġimgħa se jasal fi tmiemu s-smigħ tad-difiża dwar il-każ ta’ Pistorius. 
L-isprinter mill-Afrika ta’ Isfel qed ikun akkużat li fl-14 ta’ Frar 2013, qatel lill-għarusa Reeva Steenkamp. 
Skont Pistorius, hu ma riedx joqtolha iżda fid-dlam ħasibha ħalliel.