Oscar Pistorius b’appell quddiem il-Qorti Kostituzzjonali

L-eksatleta Oscar Pistorius fetaħ appell quddiem il-Qorti Kostituzzjonali wara li nstab ħati li qatel lil maħbuba tiegħu Reeva Steenkamp.
Huwa qed jappella s-sentenza ta’ priġunerija.
Il-Qorti kienet iddeċidiet li Pistorius kien qatel lit-tfajla tiegħu imma ma kellu ebda intenzjoni li jagħmel dan, u kienet bagħtitu ħames snin ħabs.
Pistorius dejjem saħaq li kien ħaseb li kien daħallu xi ħadd id-dar u kien spara diversi tiri lejn il-bieb tal-kamra tal-banju mingħalih lejn ħalliel meta fil-fatt kien hemm it-tfajla tiegħu.
Imma l-familja ta’ Steenkamp qatt ma emmnet din il-verżjoni u l-Qorti tatha raġun.