Osaka saret it-tennista l-aktar imħallsa fl-istorja


It-tennista Naomi Osaka saret l-iktar atleta femminili mħallsa fl-istorja wara li qalgħet $37.4 miljun matul is-sena l-oħra.

Naomi Osaka, imwielda fil-Ġappun imma għexet fl-Istati Uniti, għandha 22-il sena. Is-37.4 huma d-dħul ta’ qabel it-taxxa u għamlithom b’taħlita ta’ premjijiet u sponsorships. Hija daħħlet
$1.4 miljun aktar minn Serena Williams fl-aħħar 12-il xahar.

Williams, champion tal-grand slam għal 23 darba, kienet l-iktar atleta femminili mħallsa għall-aħħar erba ’snin: minn $18 miljun għal $29 miljun.

Osaka issa kisret ukoll ir-rekord preċedenti ta’ Maria Sharapova, tennista oħra, li waqqfet rekord fl-2015 meta kienet tammonta għal $29.7 miljun. Dan ifissret li Osaka daħħlet $7.7 miljun aktar mill-oħra.

Naomi Osaka s’issa rebħet żewġ grand slams fil-karriera tagħha u hija waħda mill-akbar stilel  fid-dinja tat-tennis mondjali. Fl-2018 rebħet il-battalja famuża kontra Williams fil-US Open u rrepetiet l-istess bravura fl-Australian Open fis-sena ta’ wara.

Bħalissa Osaka hija msieħba fi 15 il-kuntratt ma’ ditti għal sponsorships u dan l-aħħar iffirmat kuntratt mill-aqwa għal ħwejjeġ ma’ Nike.