Ors idur f’żona residenzjali

L-ors mara tiżen madwar 180kg dehret iddur fiz-zona ta’ Monrovia f’Kalifornja, viċin il-foresta nazzjonali Angeles.

Jista’ jkun li l-ors ħarġet mill-foresta minħabba li din is-sena x-xitwa ma kinitx kiefra. Għalhekk it-temp sħun seta’ ġiegħel lill-orsijiet ifittxu l-ikel.

L-awtoritajiet raqqdu lill-ors u qabduha biex terġa’ tirritorna fil-foresta.