Ordnat iħallas €47,200 wara li xogħlijiet damu biex saru

Koppja li tgħix fi blokk ta’ appartamenti fil-Mosta ngħatat il-kumpens ta’ €47,200 wara li t-tiswijiet fuq ħsarat li kien hemm fil-komun u fil-lift damu biex saru ferm aktar miż-żmien stabbilit fil-kuntratt.
Ix-xogħlijiet fil-komun kellhom jitlestew sa Ottubru tal-2010 filwaqt li l-lift kellu jiġi installat sa Diċembru tal-istess sena.
Fil-kuntratt kien hemm elenkat li jekk dawn il-ħsarat ma jiġux indirizzat fiż-żmien stabbilit tibda multa ta’ €100 kuljum.
Il-Qorti kkonkludiet li kien hemm biżżejjed provi li juru li x-xogħlijiet kienu tlestew f’Mejju tal-2011 u ddeċidiet li l-kuntrattur għandu jħallas il-kumpens lill-koppja.