Orietta Berti lura f’Sanremo wara 29 sena

Orietta Berti
Ritratt: Facebook/Orietta Berti

Il-kantanta Orietta Berti se tkun qed tagħmel ir-ritorn tagħha fil-festival ta’ Sanremo li mistenni jibda mit-Tlieta 2 ta’ Marzu u jibqa’ għaddej sas-Sibt 6 ta’ Marzu.

F’kummenti li tat, il-kantanta Taljana qalet li mhux tħossha mbeżża’ mill-kompetizzjoni anke jekk iż-żminijiet inbidlu u se tkun qed tikkompeti ma’ ġenerazzjoni kompletament ġdida.

Fil-karriera tagħha Orietta Berti li llum tgħodd 77 sena ħadet sehem 11-il darba fil-festival ta’ Sanremo u f’7 edizzjonijiet ta’ Canzonissima.

Din is-sena hi se tkun qed tikkompeti bil-kanzunetta ġdida tagħha Quando Ti Sei Innamorato, spirata mill-istorja tagħha ma’ żewġha Osvaldo.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn