Organizzazzjonijiet volontarji jirċievu l-fondi għall-proġetti

Ħames organizzazzjonijiet volontarji rċevew bejniethom €42,000 mill-fond ta’ ko-finanzjament għall-għaqdiet volontarji għall-proġetti tagħhom.
Fi stqarrija, il-Ministru għall-Għaqdiet Volontarji Helena Dalli spjegat li dawn l-għaqdiet, b’kollox se jkunu rċevew €86,000 jekk tinkludi wkoll is-somma li rċevew mal-approvazzjoni tal-proġett.
Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru Joseph Camilleri semma kif it-talbiet li jsiru mill-għaqdiet volontarji jiġu evalwati minn board maħtur apposta.
Id-Direttur għall-Affarijiet Ewropej Brian Farrugia qal li dalwaqt se joħroġ il-programm il-ġdid ta’ fondi li jkopri s-snin 2014-2020.
L-organizzazzjonijiet volontarji li rċevew il-fondi huma Aditus, Sisters of Charity of St Jeanne Antide, Daughters of the Sacret Heart, Għaqda Talent Dingli, u Siġġiewi Brass and Social Band.
Ritratt: DOI: Kevin Abela