Organizzatur ta’ tlielaq ordnat ineħħi sinjali ħomor fil-Park tal-Majjistral

Aġġornat 06:40 AM

Read in English.

Organizzatur ta’ tlielaq f’Malta kien ordnat sabiex ineħħi sinjali ħomor li għamel f’diversi partijiet tal-Park tal-Majjistral biex jiggwida lill-atleti li pparteċipaw fit-tlielaq.

Dan tħabbar fi stqarrija tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) wara rapporti li tfaċċaw diversi vleġeġ ħomor li saru permezz ta’ spray fuq diversi ġebel fil-Park tal-Majjistral. Flimkien mal-Pulizija, l-ERA għamlet investigazzjoni dwar il-każ biex tara min kienu l-persuni li għamlu dan l-att.

Qalet li dalgħodu, kien spjegat li l-persuna li għamlet dawn is-sinjali kienet organizzazzjoni Franċiża li torganizza l-avvenimenti. Din l-organizzazzjoni ntalbet tneħħi dawn is-sinjali kollha san har il-Ġimgħa filgħaxija. L-ERA qalet li l-organizzazzjoni qed tikkopera. Qalet li flimkien mal-Pulizija u r-rangers tal-Park tal-Majjistral se jaraw li dawn is-sinjali verament jitneħħew.

Insistiet li se tkun qed tieħu aktar azzjoni jekk dawn ma jitneħħewx fiż-żmien stipulat.

Qalet ukoll li avżat lill-organizzaturi dwar il-prattiċi normali f’każi tat-tip, biex fil-futur ma jerġgħux jagħmlu xi ħaġa bħal din.

L-ERA fakkret li kull attivita organizzata f’żoni protetti taħt l-Att tal-Protezzjoni tal-Ambjent (Cap. 549) jaf ikollhom bżonn ta’ permess qabel mill-Awtorità. L-organizzaturi qed ikunu mħeġġa jikkonsultaw mal-ERA biex jiddeterminaw jekk il-permess għall-attivitajiet tagħhom hux bżonnjużi.

Over the past days, officers from the Police Environmental Protection Unit (EPU) assisted by the Environmental and…

Posted by The Malta Police Force on Wednesday, August 26, 2020

Il-fundattriċi ta’ ‘Malta Cleanup’ Cami Applegren irringrazzjat lill-awtoritajiet għal ħidma tagħhom u sostniet li meta ċ-ċittadini attivi u l-awtoritajiet jaħdmu flimkien, ir-riżultat ikun ta’ suċċess.

I wish to thank the Malta Police Force, ERA, Il-Majjistral Nature and History Park and the Minister for Environment…

Posted by Cami Appelgren on Wednesday, August 26, 2020