Organizzata konferenza dwar l-Inkwiżizzjoni Rumana f’Malta

Bejn it-18 u l-20 ta’ Settembru li ġej, se tkun qed tiġi organizzata konferenza ta’ tlett ijiem dwar l-Inkwiżizzjoni Rumana f’Malta. Din il-konferenza qed tiġi organizzata minn Heritage Malta, l-Universitá ta’ Malta, il-Congregazione per la Dottrina della Fede tal-Vatikan u ċ-Ċentru Malti għall-Istudji f’Minesota.
Mat-28 akkademiku internazzjonali u Maltin ikkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom sabiex jiddiskutu l-Inkwiżizzjoni Rumana. Fost il-kelliema ewlenin insibu lil Monsinjur Alejandro Cifres Gimenez, direttur tal-arkivji tal-Inkwiżizzjoni fil-Vatikan u l-espert magħruf il-Professur Andrea del Col.
Flimkien mal-konferenza ser issir ukoll wirja temporanja dwar l-Inkwiżizzjoni f’Malta li se tibqa’ sejra sal-11 ta’ Jannar 2015.
Il-konferenza u l-wirja se jsiru fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu li se jkun qed jerġa jiftaħ is-sular ta’ fuq wara programm ta’ restawr intensiv.
L-inizjattiva hija parzjalment sponsorizzata minn APS Bank.