Organizzat seminar ta’ tlitt ijiem għar-referis bit-tema Raising the Bar

Matul dan tmiem il-ġimgħa ġie organizzat seminar ta' tlitt ijiem għar-referrees lokali bit-tema tkun 'Raising the Bar' fejn ġie mistieden eksreferee internazzjonali mid-Danimarka u li preżentament jagħmel parti mill-Kumitat tar-Referees tal-UEFA, Jorn West Larsen.
Propju lbieraħ ġiet indirizzata konferenza stampa fejn ingħataw dettalji ta' x'kien jinkorpora dan is-seminar.
Beda biex tkellem is-Segretarju Ġenaerali tal-MFA, Dr Angelo Chetcuti li qal li dan is-seminar tratta diversi aspetti tal-irwol ta' referee fosthom team-buiding. Huwa rringrazzja lir-referees kollha li pparteċipaw f'dan is-seminar tas-sehem imprezzabbli tagħhom fil-futbol lokali wat li ddeskriva l-irwol tagħhom fil-logħba tal-futbol bħala kruċjali. Dan filwaqt li kompla jħeġġiġhom biex ikomplu jagħtu l-aqwa tagħhom għall-akbar ġid tal-logħba.
Tkellem ukoll id-Direttur tar-Referis fi ħdan l-MFA Kevin Azzopardi li qal li d-Dipartimnet tar-Referis kien approva xejn inqas mnn 64 referee flimkien ma' 15-il referee observer. Dan minbarra li ġew ikkonfermati numru ta' esperjenzi ta' skambju ta' referees ma' pajjiżi oħra fosthom mal-Albanija u l-Kosovo għall-ewwel darba. Huwa kompla li sa minn dan l-istaġun, referis lokali se jkunu qed jagħmlu qabża f'dak li għandu x'jaqsam ma' appointments tal-UEFA u l-FIFA. Dan hekk kif Clayton Pisani se jkun qed jikkontrolla partita mit-tieni leg tat-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League, waqt li Alan Mario Sant se jkun qed jikkontrolla partita mill-ewwel leg tat-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League, kif ukoll logħba ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018.
Azzopardi ħabbar ukoll li fix-xitwa li ġejja pajjiżna se jkun qed jospita kors tal-UEFA għar-referees waqt li f'April li ġej, dejjem f'Malta se jkun qed jiġi organizzat kors ieħor, din id-darba għall-assistenti referees. Minn dawn iż-żewġ korsijiet se jkunu qed jintgħażlu referees Ewropej għat-Tazza tad-Dinja tas-sena d-dieħla. Huwa kompa li l-fatt li minn dan l-istaġun, il-Kampjonat BOV Premier huwa kompost minn 14-il tim fisser li kellu jkun hemm żieda fil-pool ta' referees fejn ġew promossi żewġ referees żgħażagħ biex jikkontrollaw logħob tal-Premier.