Organiżazzjonijiet insara fl-Iraq frustrati bin-nuqqas ta’ progress

Organiżazzjonijiet insara li qed jaħdmu fl-Iraq qed jgħidu li la hemm dawl, la ilma u anqas għamara fl-iskejjel li n-Nazzjonijiet Uniti suppost li waqqfet għat-tfal insara fil-Pjanura ta’ Nineveh wara l-istraġi li ħallew tliet snin ta’ okkupazzjoni mill-ISIS.  Huma qed iħossuhom frustrati bin-nuqqas ta’ xogħol veru min-NU biex tgħin lit-tfal insara f’dan it-territorju.
Il-Programm ta’ Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP) hu l-istrument ewlieni li permezz tiegħu l-flus miġbura mill-pajjiżi donaturi fosthom l-Istati Uniti, l-Ingilterra u l-Unjoni Ewropea jintużaw għar-restawr tal-bliet f’Nineveh u Mosul.
Steve Rasche, il-konsulent legali u direttur tal-Programm ta’ Resetllement sostna li filwaqt li diversi rapporti jgħidu li l-UNDP għamlet ħafna xogħol f’Nineveh dan i x-xogħol ma jidhirx. L-unika ħaga li għamlu kienet li taw laqa’ żebgħa fuq il-ħitan ta’ barra tal-bini li qed iservi bħala skejjel u poġġew fuqu il-logo tal-UN.
Fir-rapport tagħha tal-2014 l-UNDP qalet li l-edukazzjoni u l-qgħad kienu l-akbar sfidi għaż-żgħażagħ Iraqini tant li r-rata ta’ illitteriżmu fost iż-żgħżagħ kienet ta’ 13%.  L-Organiżazzjoni qed issostni li l-Ministeru tal-Edukazzjoni fl-Iraq fetaħ l-iskejjel fit-3 ta’ Ottubru u li matul il-ġimgħa kellhom jaslu l-provvisti meħtieġa f’dawn l-iskejjel.
Iżda Steve Rasche irrapporta li li fi tmiem il-ġimgħa membri tal-komunita’ nisranija fl-Iraq ħadmu biex naddfu l-iskejjel biex ikunu lesti sat-3 ta’ Ottubru iżda ma kien hemm ebda appoġġ  formali biex dawn l-iskejjel jitnaddfu u jitlestew biex jilqgħu t-tfal. Hu sostna li għalkemm hemm ir-rieda min-NU, ma hemm koordinazzjoni fil-ħidma fil-post.
Tant hi kbira n-nuqqas ta’ koordinazzjoni li fir-rapport ta’ Lulju ta’ din is-sena l-UNDP qalet li fil-belt ta’ Tel Kaif hemm stabilita’ meta fil-fatt din il-belt storikament Kristjana żvujtat mill-insara u fiha hemm biss komunita’ Sunnita kbira u l-insara qed jibżgħu jirritornaw. Dan in-nuqqas ta’ koordinament qed jiffrustra lil kulħadd.