Ordnijiet tal-Qorti favur il-vittmi ta’ abbuż se jgħoddu barra minn Malta

Fil-jiem li għaddew fl-Unjoni Ewropea daħlu fis-seħħ regolamenti ġodda li se jħarsu aħjar lill-persuni li jkunu vittmi tal-vjolenza, b’mod speċjali vittmi tal-vjolenza domestika.
Permezz ta’ dawn ir-regolamenti, mandati, avviżi ta’ infuzar u ordni biex l-aggressur ma jersaqx lejn il-vittma għal perjodu ta’ żmien se jkun effettiv fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Dan ifisser li jekk il-Qorti f’Malta tiddeċiedi li persuna ma tistax tkellem, tersaq lejn persuna oħra f’xi ħin tal-ġurnata, ordnijiet oħra ta’ manteniment jew żamma ta’ xi xorti oħra, dawn l-ordnijiet se jkunu effettivi fost it-28 pajjiż membru tal-Unjoni.
Permezz ta’ dawn ir-regolamenti ġodda, dawk il-Maltin li sfaw vittmi ta’ xi forma ta’ abbuż se jkunu jistgħu jsiefru jew imorru f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea mingħajr il-biża’ tal-aggressur.
Qabel ma daħlu fis-seħħ dawn ir-regolamenti, persuna li tkun vittma ta’ vjolenza kien ikollha tgħaddi minn proċess twil qabel ma l-ordnijiet tal-Qorti jiġu mħarsa fil-pajjiż fejn tixtieq tmur iżda issa deċiżjoni tal-Qorti f’pajjiż tal-Unjoni se tidħol fis-seħħ awtomatikament f’pajjiż ieħor membru.
Fis-16 ta’ Novembru li ġej, se jidħlu fis-seħħ iżjed regolamenti ġodda li se joffri protezzjoni akbar lill-vittmi.
Sfortuntament huma aktar minn 75 miljun il-persuni li kull sena jispiċċaw vittmi ta’ xi forma ta’ abbuż