Ordnati jibblokkaw paġni fuq Facebook li jinsultaw lill-Profeta Mohammed

Qorti fit-Turkija ordnat lill-Facebook biex jibblokka numru ta’ paġni li jitqiesu li qed jinsultaw lill-Profeta Mohammed.
Ordnat ukoll li jekk dawn jibqgħu aċċessibbli se tikkunsidra li twaqqaf l-aċċess għan-netwerk soċjali.
Fit-Turkija dan kien l-aħħar żvilupp fit-tneħħija ta’ materjal li jitqies li qed joffendi s-sensibilitajiet reliġjużi.