Ordnati jħallsu għall-ħsara li għamlu fuq il-karozzi

Żewġ Rumeni ġew ordnati jħallsu l-ispejjeż li għamlu fuq żewġ karozzi fil-Ħamrun meta kienu fis-sakra kmieni dalgħodu.
Ir-Rumeni ammettew l-akkużi kontrihom u qalu li se jħallsu għall-ispejjeż li skont il-Prosekuzzjoni jammontaw €388.
Huma ngħataw ukoll sentenza ħabs sospiża għal sentejn.