Ordnata tħallas lura b’€46,000 li ħadet bla permess

Il-Qorti ordnat lil mara biex tagħtu lura b’€46,000 li kienet ħadet mill-kont bankarju ta’ zijitha mingħajr il-kunsens tagħha.
Yolanda Maria Vella ġiet ordnata tħallas din is-somma lill-werrieta ta’ Carmela Spiteri peress li laħqet mietet waqt il-proċeduri fil-Qorti.
Spiteri kienet xehdet li kienet għaddiet poteri legali lil Vella iżda mhux il-permess li tiġbet il-flus f’isimha.
Vella naqset milli tispjega għaliex kienet ġibdet dawn il-flus u lanqas ma qalet x’għamlet bihom.
Il-Qorti għalhekk ikkonkludiet li Vella użat il-flus għall-benefiċċju personali.