Ordnat iħallas lura l-benefiċċji tal-qgħad

Raġel ġie ordnat mill-Qorti tal-Appell biex iħallas lura aktar minn €50,500 lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Id-Dipartiment sar jaf li hu rċieva proprjetà fiż-Żebbuġ Għawdex li ma kienx iddikjaraha.
Il-Qorti semgħet kif ir-raġel, residenti Għawdex, kien qed jirċievi l-benefiċċji soċjali tal-qgħad bejn l-2009 u l-2015.
Il-proprjetà ġiet mogħtija lilu mill-kunjata bl-intenzjoni li din tingħata lin-neputija tagħha.
L-Imħallef Anthony Ellul qal li r-raġel ma kellu l-ebda obbligu li jitrasferrixi l-art f’isem bintu u li suppost meta irċieva l-benefiċċji soċjali dan kellu jiddikjara nofs il-valur tal-proprjetà anke jekk dawn ikunu ta’ membri oħra tal-familja.
L-Imħallef ikkonkluda li għalhekk ir-raġel ma kienx intitolat għal dawn il-benefiċċji kollha tal-qgħad.