Ordnat iħallas €5 għax qatta’ qmis ta’ pulizija

Minbarra sentenza priġunerija sospiża u multa ta' €970, Finlandiż ġie ordnat mill-Qorti biex iħallas €5 talli qatta' qmis ta' Pulizija.
Fil-Qorti, il-Finlandiż ta’ 23 sena, residenti Ta’ Xbiex kien akkużat li weġġa’ żewġ uffiċjali tal-Pulizija meta kien taħt l-effett tal-alkoħol.  Il-każ seħħ nhar l-Erbgħa li għadda fil-bajja tal-Għadira, meta ż-żagħżugħ siker u beda jdejjaq lin-nies ta’ madwaru.   
Kien akkużat ukoll li għamel ħsara fuq l-uniformi tal-Pulizija u li kiser il-paċi pubblika.
Il-Finlandiż ċaħad l-akkużi kollha miġjuba kontrih.