Ordnat iħallas 237,000 wara inċident fatali fil-bypass tal-Imrieħel

Il-Qorti ordnat lil Ivan Cutajar jagħti €237,000 lill-werrieta ta’ Emma Marie u Graziella Fenech wara li kien involut fl-inċident tat-traffiku li fih tilfu ħajjithom.
L-inċident kien seħħ fil-bypass tal-Imrieħel fil-21 ta’ Awwissu tal-2005 meta Emma Marie Housley ta’ 17-il sena u Graziella Fenech ta’ 13-il sena ntlaqtu mill-karozza li kienet misjuqa minn Cutajar.
Fil-Qorti, ir-raġel kien qed isostni li Emma Marie kienet responsabbli tal-inċident għaliex ma ħaditx il-prekawzjonijiet kollha qabel ma qasmet it-triq.