Oqgħod Ġewwa, Aqra Ktieb

B’reazzjoni għall-ġrajjiet kurrenti u l-pandemija li ħarbtet il-ħajja ta’ kuljum u qed iżżomm ħafna nies id-dar, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb nieda l-kampanja “Oqgħod Ġewwa, Aqra Ktieb”.

Il-KNK qed jistieden lilkom biex tibagħtulhom ir-ritratt tagħkom bil-ktieb li qed taqraw. Huma se ntellgħu r-ritratt tagħkom bit-titlu tal-ktieb u l-isem tal-awtur li qed taqraw fuq il-paġna tal-Facebook tagħhom!

Mela aqbad ktieb, intefa’ aqra u ibagħtilhom r-ritratt bħala messaġġ fuq Facebook.