Oqgħod attent ma taħbatx bejn id-disgħa u nofsinhar

Il-ħin li l-iżjed li kien hemm inċidenti fit-toroq bejn Jannar u Marzu tal-2019 kien bejn id-disa’ ta’ filgħodu sa nofsinhar, bi 821 każ irrappurtat, li jifforma 22.5% tat-total.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ħareġ rapport rigward inċidenti fit-toroq bejn Jannar u Marzu tal-2019. L-ammont ta’ inċidenti li ġew irrappurtati kienu 3,656, bl-iktar inċidenti rrapportati f’Birkirkara bi 320 każ, u Qormi u Mosta, b’210 u 176 każ rispettivament. Barra minn hekk, l-iktar ġranet li seħħew inċidenti fejn weġġgħu n-nies kienu nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ħadd. 63.1% tal-inċidenti kellhom x’jaqsmu ma’ karozzi, waqt li 21.7% kienu inċidenti ta’ muturi.

It-total ta’ inċidenti huwa 8.4% iżjed minn l-istess perjodu fl-2018. Minkejja dan, l-ammont ta’ nies li weġġgħu b’kaġun ta’ dawn l-inċidenti naqas bi 3% minn l-istess perjodu fl-2018. Infatti, f’dan il-perjodu kien hemm inċidenti fatali wieħed, filwaqt li bejn Jannar u Marzu tal-2018, kien hemm 4.