Oqgħod attent jekk taqbiżlek malajr!

Aktar ma taqbiżlek malajr, aktar hemm ċans li jtik attakk tal-qalb!
Dan joħroġ minn riċerka li saret fl-Istati Uniti, li turi kif ħafna drabi qabel attakk tal-qalb, persuna tkun qed tħoss rabbja kbira fiha.
Instab li l-ikbar riskju ta’ attakk tal-qalb huwa fis-sagħtejn wara li persuna tkun verament irrabbjata għal xi ħadd jew minħabba xi sitwazzjoni.
Fl-istess ħin, ir-riċerkaturi qalu li għadu mhux ċar x’jikkawża din ir-rabta u jgħidu li din tista’ tkun minħabba bidliet fiżjoloġiċi fil-ġisem meta persuna tkun imbaqbqa. Huma jgħidu li hemm bżonn ta’ aktar riċerka dwar dan.
Persuni bi storja ta’ attakk tal-qalb huma l-aktar vulnerabbli għal xi attakk ieħor partikolarment jekk ikunu verament irrabjati.

Ħalli l-kumment tiegħek hawn taħt.