Oprah tgħid li mhux ħa tikkontesta l-Presidenza fl-2020

Il-preżentatriċi famuża Oprah Winfrey qalet ma’ rivista Amerikana li m’għandha l-ebda interess li tikkontesta għal President tal-Istati Uniti fl-2020.
Dan wara li ftit tal-ġimgħat ilu kien qed idur għajdut dwar din il-possibilità wara d-diskors li tat waqt il-Golden Globes Awards.
Hi spjegat kif minn dejjem kienet taf il-kapaċitajiet tagħha, u għaldaqstant tħoss li mhix kapaċi u m’għandha l-ebda interess li tmexxi pajjiż.
Fid-diskors tagħha waqt l-Awards, Winfrey tkellmet fuq temi soċjali importanti bħar-razza, ġeneru u poter. Semmiet ukoll il-kampanja ‘Me Too’ kontra l-abbużi sesswali.
Meta mistoqsi dwar x’jaħseb li kieku jkollu jikkompeti kontra Winfrey, il-President Donald Trump qal li ċert li jirbħilha.
Waqt il-karriera tagħha bħala preżentatriċi, Winfrey bniet udjenza kbira li ssegwi d-diskussjonijiet umani u soċjali tagħha. Hi ħadmet ukoll f’xi films, ippubblikat rivisti u għandha stazzjon televiżiv.