Oppożizzjoni lesta tidħol il-Qorti mal-Gvern kontra Steward – Delia

Read in English.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Oppożizzjoni qed tagħmel offerta lill-Prim Ministru li lesta tinża’ l-kuluri politiċi u tidħol mal-Gvern il-Qorti biex iwaqqaf il-kuntratt tal-Stewards fuq it-tliet sptarijiet kif ukoll jiġbor il-flus li skontu ġew misruqa mill-istess Stewards.

Meta kien qed jitkellem fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista Net FM, Delia qal li Robert Abela ma baqgħlux aktar ħin u jrid jieħu l-passi. Huwa qal li madanakollu l-Prim Ministru għadu lanqas biss intebaħ b’dak li qed jiġri tant li fil-parlament warajh għandu jpoġġu bil-qegħda l-eks Prim Ministru Joseph Muscat u l-eks ministru Konrad Mizzi.

Delia qal wara li għall-ewwel laqgħa ma’ VGH kien attenda iċ-Chief of Staff Keith Schembri biex skont Delia ikun ċert fejn se ssir is-serqa, iżda fl-aħħar laqgħa bagħat lil Joseph Muscat biex jitlob lil Prim Ministru Abela jgħolli l-għotja tal-Gvern minn €60 miljun għal €80 miljun fis-sena.

Huwa qal li dawn il-flus insterqu minn ħalq il-poplu tant li kieku dan seħħx, in-nies kien jieħdu ċekkijiet ta’ €400 fis-sena minflok il- €15.

Delia qal li tant il-Maltin jinsabu fi stat finanzjarju ħażin li t-telephone tal-customer care jikkrolla mit-telefoanti li jrċievi ta’ nies li staqsew għal cekkijiet.

Meta tkellem dwar ir-riformi fi ħdan il-PN, Delia qal li sentejn mhumiex biżżejjed biex il-PN jsaħħaħ l-istrutturi tiegħu fuq livell organizattiv u jisfida lill-Partit Laburista għal mandat mill-poplu.

F’reazzjoni għad-diskors ta’ Dr Delia l-Partit Laburista kkritika lill-Kap Nazzjonalista għax irrifjuta li jkun ikkonsultat dwar il-ħatra tar-regolatur tal-iskema tal-bejgħ tal-passaporti. Il-PL żied jgħid li fil-PN hemm il-konfuzjoni.