Opportunitajiet ta’ ħidma bejn Malta u t-Turkija

Il-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat qal li Malta u t-Turkija joffru potenzjal qawwi ta' opportunitajiet kbar fl-oqsma tal-Ambjent u t-Tibdil tal-Klima fuq livell reġjonali fil-Mediterran.
Brincat qal dan waqt laqgħa mal-Ambaxxatriċi tat-Turkija għall-Malta, Ayse Sezgin.
Il-Ministru Brincat sostna li hemm lok qawwi għal ko-operazzjoni bilaterali li għandha  twassal għal Memorandum of Understanding bejn iż-żewġ pajjiżi.
Leo Brincat identifika it-tniġġiż tal-arja u l-ilma, l-iskart solidu  perikoluż, id-deforestazzjoni, it-tibdil tal-klima u l-bio-diversita' bħala oqsma b'impatt dirett fuq is-saħħa u s-sigurta' tan-nies li ma għandhomx fruntieri.
Min-naħa tagħha l-Ambaxxatriċi saħqet li hemm lok għal ko-operazzjoni effettiva kemm politika kif ukoll teknika bejn iż-żewġ pajjiżi fl-oqsma Ambjentali u tal-Ekonomija l-Ħadra.  

Ritratt: Clodagh Farrugia O'Neill