Opportunitajiet ġodda għal Malta mal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp

Malta flimkien mal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD) qed jesploraw opportunitajiet fl-iżvilupp tal-Bank fin-Nofsinhar u t-Tramuntana tal-Mediterran.
Waqt laqgħa li saret mal-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, il-President tal-EBRD Sir Suma Chakrabarti ddeskriva lil Malta bħala ‘storja ta’ suċċess ekonomiku’, u li pajjiżi oħra fl-EBRD jistgħu jitgħallmu minn dan is-suċċess.
Fi kliem Sir Suma, l-EBRD, li qed tinvesti f’35 pajjiż differenti, qed taħdem biex tidentifika u tesplora opportunitajiet ta’ żvilupp ma’ imsieħba Maltin, investiment li jġib ukoll identifikazzjoni f’proġetti fit-Tramuntana tal-Afrika.