​“Opportunitajiet bla limitu għal Malta u l-Albanija” – President

MLCP

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca qalet li jekk jaħdmu flimkien, Malta u l-Albanija m’għandhomx limitu għal dak li jistgħu jiksbu.
Hija qalet li biex dan isir, iż-żewġ pajjiżi jridu jibqgħu jkomplu jaħdmu flimkien biex jibnu paċi sostenibbli fir-reġjunijiet rispettivi tagħhom. 
Waqt id-diskors inawgurali tal-Forum tal-Kummerċ bejn Malta u l-Albanija li għalih attenda wkoll il-President Albaniż Ilir Meta, ġew diskussi opportunitajiet kummerċjali bejn is-setturi privati taż-żewġ pajjiżi.
Il-President Coleiro Preca semmiet b’mod partikolari l-oqsma tat-turiżmu, l-ospitalità u l-edukazzjoni li qalet huma kollha opportunitajiet li jistgħu jqarrbu liż-żewġ popli iktar qrib xulxin.
Ritratt: OPR