“Opportunità ta’ tranżizzjoni biex jintemm il-ġlied fis-Sirja”

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella li r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda f’Diċembru li għadda hija opportunità biex fis-Sirja jkun hemm proċess ta’ tranżizzjoni li għandu jwassal biex il-ġlied f’dan il-pajjiż jintemm.
Waqt laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri fi Brussell, il-Ministru George Vella appella lill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea biex iħeġġu l-partijiet involuti fis-Sirja biex jidħlu f’diskussjoni filwaqt li appella biex l-għajnuna umanitarja titħalla tasal fil-postijiet l-aktar milquta.
Huwa saħaq li l-aħjar triq ‘il quddiem fis-Sirja hija li jkun hemm proċess politiku li bih jintemm il-ġlied.
Il-Ministru Vella awgura li l-partijiet involuti juru r-rieda li jridu l-paċi waqt il-laqgħa li se ssir f’Geneva fil-25 ta’ Jannar li ġej.
Matul il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministru ġiet diskussa wkoll is-sitwazzjoni fl-Iraq u l-Ukraina.

Ritratt: Kunsill Ewropew