Opportunità ta’ innegozjar f’ambitu virtwali lil studenti Universitarji

Għal perjodu ta’ sena, Bank of Valletta offra lil dawn l-istudenti, li kienu maqsumin fi tliet timijiet, l-aċċess għal pjattaforma virtwali ta’ innegozjar, ibbażata fuq strumenti li jiġu nnegozjati fis-suq tal-assi tal-Borża.  Kull tim kellu jħaddem portafoll virtwali f’suq tal-assi virtwali.
Ir-rebbieħa ġew preżentati bil-premju waqt konferenza bl-isem Recent Development in Banking and Finance fl-Università l-Antika fil-Belt Valletta. 
Kenneth Farrugia, Chief Business Development Officer ta’ Bank of Valletta qassam premjijiet fi flus lill-membri tat-tim rebbieħ u lil dawk it-timijiet li kklassifikaw fit-tieni post.
It-tim rebbieħ bl-isem ‘Winner Group’, kien iffurmat minn Charelne Borg, Noelle Cauchi, Carl Cutajar u Neil Baldacchino.  Noelle Cauchi u Luke Catania kienu ppreżentati bil-Premju First Class Students Award.  
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt