Opportunità ġdida għal dawk bla dar fi Vjenna

Fl-Awstrija, nies mingħajr dar sabu mezz ġdid kif jaqilgħu xi ħaġa x’jieklu u jżommu ruħhom sħan quddiem il-kesħa tiżdied tax-xitwa.
Bdew iservu ta’ gwidi għat-turisti billi jaqsmu magħhom is-sigrieti tal-irkejjen l-inqas magħrufa ta’ bliet bħal Vjenna.
Hi inizjattiva ta’ mara li waqqfet negozju żgħir biex tisfida l-preġudizzju f’waħda mill-aħjar ekonomiji tal-UE.
Fi Vjenna weħidha hemm madwar 7,000 mingħajr dar u li, anke minħabba f’hekk, ma jistgħux isibu xogħol.