Opportunità biex turi t-talent tiegħek

Arkivji

F’Malta se jkun qed jittella’ l-Malta Got Talent. Skont stqarrija, din se tkun produzzjoni li se tinqasam f’żewġ avvenimenti li se jsiru fit-30 ta’ Marzu tas-sena d-dieħla. Din għandha tkun opportunità imprezzabbli għal dawk li jixtiequ juru t-talenti tagħhom.

Il-kategoriji se jkunu b’dan il-mod:
Open Talent, minn 5 – 8 snin, 9 – 12 snin, 13 – 16 snin, 17 – 21 snin, 22+

Immudellar, Junior Miss 12 – 14 snin, Miss Teen 15 -17 snin, Miss 18 – 28 snin, Mr 18 – 28 snin.

Ir-rigali se jkunu varjati. Fosthom se jkun hemm titli, trofejs, promozzjonijiet nazzjonali u internazzjonali, ritratti printjati kbar, vouchers u ammonti ta’ flus. Dawk kollha li jixtiequ jieħdu sehem jistgħu japplikaw għall-castings permezz ta’ email jew permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook.