Opportunità biex tipproduċi avveniment mużikali fl-2018

Jekk inti mużiċist jew dilettant tal-mużika se jkollok iċ-ċans li x-xogħol tiegħek jingħata pjattaforma biex isir.
Il-Fondazzjoni Valletta 2018 nediet sejħa miftuħa għall-mużiċisti, l-organizzaturi tal-avvenimenti u l-persuni kreattivi minn kull dixxiplina biex jipproponu l-proposti tagħhom biex ikunu parti mill-Programm Mużikali tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018.
Il-proposti  jintgħażlu jingħataw għotja massima ta’ €6,000 u jitniżżlu fil-kalendarju tal-avvenimenti ta’ Valletta 2018.
Biex il-proposta tiegħek tkun magħżula fost l-oħrajn trid tispikka fl-ispirtu ta’ kollaborazzjoni bejn mużiċisti u ġeneri differenti u tipi ta’ mużika differenti.
Il-proposti jistgħu jkunu ġodda jew jistgħu jagħmlu parti minn avveniment jew festival li diġà jeżisti.  
Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq kif tressaq il-proposta hawnhekk.
Il-proposti jistgħu jitressqu lill-Fondazzjoni Valletta 2018 sa mhux aktar tard mit-Tnejn 22 ta’ Mejju f’12pm.
Ritratt: Valletta 2018