Opportunità biex jirriforma ruħu u jegħleb il-vizzju tad-droga

Redeemer Abdel Ghany, Malti ta’ 20 sena ngħata opportunità biex jirriforma ruħu, wara li lbieraħ inqabad bil-pilloli ecstasy,droga kokaina u kannabis li ma kinux għall-użu personali tiegħu.
Iż-żgħażugħ li m’għandux indirizz fiss u ma jaħdimx ċaħad l-akkużi kontrih.
Huwa nstab ħati u ngħata 13-il xahar ħabs  u multa ta’ €1,000 
Il-Maġistrat Francesco Depasquale bagħtu fis-sezzjoni YOURS biex jegħleb il-vizzju tad-droga.