Operatur tal-ajru ġdid f’Malta

Read in English.

Fi ftit ġimgħat oħra se jkun hawn operatur ieħor tal-ajru f’Malta. Dan l-istess operatur ser ikun qed jirreġistra aktar minn 20 ajruplan f’pajjiżna fuq medda ta’ sentejn.

Dan kien kliem il-Ministru għat-Trasport Ian Borg waqt konferenza mtella’ mill-Malta Aviation Outlook. Huwa fakkar dwar l-importanza tas-settur tal-avjazzjoni fejn qiegħed jikkontribwixxi għal 2.5% tal-Prodott Gross Domestiku tal-pajjiż, filwaqt li joħloq aktar minn 3,200 impjieg.

Il-Ministru tkellem ukoll dwar l-importanza tal-konnettività u qal li pajjiżna riċentament laħaq numru ta’ ftehmiet mal-Ġappun, mal-Korea t’Isfel, mal-Ghana u mal-Kosta tal-Avorju u li qed ifittex li jintlaħqu ftehimiet  ma’ numru ta’ pajjiżi fl-Amerika t’Isfel, fosthom il-Brażil.