Open weekend fil-Mużew Dar Karmni Grima fl-Għarb

Fi tmiem din il-ġimgħa se jsir open weekend fl-Mużew tad-Dar ta’ Karmni Grima fl-Għarb.
Kull min jattendi se jkun jista’ jgawdi minn ikel tradizzjonali Għawdxi u wirja tax-xogħol tan-newl minn Alda Cassar.  Se jieħdu sehem ukoll bosta gruppi folkloristiċi u kantanti Għawdxin.
Is-Sibt 16 ta’ Awwissu l-mużew se jkun miftuħ bejn is-7 u l-10pm, u l-għada l-Ħadd bejn id-9am u s-7pm.
Se titnieda wkoll il-verżjoni bl-Ingliż tal-ktieb dwar Karmni Grima, li se jkun jista’ jinkiseb mill-Mużew stess jew mis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu.