Open day f’Villa Francia fit-8 ta’ Frar

Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbret l-attività, In the Gardens of Villa Francia, li se ssir fil-ġdid tar-residenza uffiċjali tal-Prim Ministru f’Ħal Lija.
Il-pubbliku se jkollu l-opportunità li l-Ħadd 8 ta’ Frar jżur Villa Francia.
Wara s-suċċess tas-sena li għaddiet, hemm ippjanat li jkun hemm iżjed attivitajiet l-open day ta’ din is-sena.
Michelle Muscat qalet li l-ġurnata se tibda b’Quddiesa ċċelebrata mill-Isqof Charles Scicluna.
Qalet ukoll li matul l-attivitajiet kollha ta’ matul il-jum se jgħinu biex il-Fondazzjoni Marigold tiġbor il-fondi għal Dar il-Kaptan.
Donazzjoni se tiġi ppreżentata wkoll lill-Parroċċa ta’ Ħal Lija. 

Ritratt: DOI – Pierre Sammut