Open Arms lura fuq il-baħar: issalva 40 immigrant

Twitter: Open Arms

Il-missjoni numru 67 ta’ Open Arms lokalizzat dgħajsa tal-injam b’40 persuna abbord. Fosthom hemm erbat itfal.

Open Arms ħabbret fuq Twitter li qed jieħdu ħsieb lil dawn in-nies filwaqt li qed jistennew biex jingħataw istruzzjonijiet mill-awtoritajiet biex jaraw kif għandhom jipproċedu. Dan kollu tħabbar għall-ħabta tal-11:00am ilbieraħ.

L-organizazzjoni li toffri s-sapport tagħha b’mod indipendenti lil dawk li jkunu qed jaqsmu l-Baħar Meditterran, Alarm Phone, qalet li tinsab kuntenta li Open Arms qiegħed isalpa biex iwettaq ħidmietu. L-organizazzjoni li wkoll użat Twitter biex tikkomunika qalet li fadal biss li dawn in-nies jingħataw il-permess biex jidħlu f’port sigur.