OnePlus tħabbar mowbajl ġdid

Il-kumpanija Ċiniża li timmanifattura l-mowbajls OnePlus hemm possibilità qawwija li toħroġ l-aħħar mudell tagħha fil-15 ta’ Ġunju.
Dan ġie żvelat minn diversi midja internazzjonali u siti soċjali li ppublikaw id-data wara li din ġiet żvelata mingħajr permess.
Il-mudell bl-isem OnePlus 5, li jsegwi lil OnePlus3T, qed ikun imbassar li se jkun wieħed fost l-aktar mowbajls avvanzati fis-suq u li se jikkompeti mas-Samsung u l-Apple.
Apparti l-ispeċifikazzjonijiet li jikkompetu fuq livell teknoloġiku, fosthom RAM ta’ 8GB li hu fost l-ogħla li hawn fis-suq, dan il-mudell jikkompeti wkoll ma’ kumpaniji stabbiliti fejn jidħol il-prezz.
Għalkemm il-prezz uffiċjali għadu mhux magħruf, il-mowbajls ta’ OnePlus dejjem kienu jiswew madwar €200 inqas minn dawk ta’ kumpaniji stabbiliti.