OnePlus 5T jew OnePlus 6?

OnePlus se tniedi mowbajl ieħor din is-sena?
Dan ma jistax jingħad fiċ-ċert hekk kif l-internet bħalissa jinsab mimli b’rapporti kunfliġġenti dwar din il-mistoqsija.
Uħud qed jgħidu li OnePlus se tiżvela OnePlus 6 kmieni s-sena d-dieħla għax skonthom ma jagħmilx sens li l-Kumpanija toħroġ OnePlus 5T għax m’hemmx hardware ġdid għal mudell.
Filwaqt li oħrajn qed jallegaw li l-OnePlus 5T se jkun imniedi aktar tard din is-sena bi skrin ġdid u disinn simili għal dak tas-Samsung Galaxuy S8.
Rapport dubjuż fuq SlashLeaks juri mowbajl ġdid bi skrin minn tarf sa tarf tal-mudell, u għalkemm dan ir-rapport u r-ritratt ma ġewx verifikati bħala ġenwini s’issa ħafna jinsabu bi ħġarhom jistennew il-kumpanija OnePlus tikkumenta jew tagħti xi ħjiel.
Tajjeb li wieħed isemmi li jekk il-OnePlus 5T hu veru u jkun jidher simili għar-ritratt li ġie żvelat, tajjeb li wieħed ikompli jfaddal, għax għalkemm ma jidhirx li hemm hardware  ġdid, tajjeb li jkollok l-aħħar mudell.
Suppost ma ndumux ma nsiru nafu l-pjanijiet ta’ OnePlus dwar jekk hix se toħroġ verżjoni oħra tat-tip ‘T’ fl-2017, li sa dak iż-żmien wieħed ikun jista jiddeċiedi jixtrix OnePlus 5 jew le.
Ritratt: SlashLeaks