“Ommi u missieri qed jirkupraw wara l-inċident bil-mutur”

Lindsay Bongailas

Tarcisio u Joyce Bongailas, il-koppja li nhar il-Ħadd li għadda kienu involuti f’inċident tat-traffiku bl-involviment ta’ mutur fi Vjal Santa Luċija f’Raħal Ġdid, qed jirkupraw bil-mod ma’ kull ġurnata li tgħaddi.

Dan ikkonfermatu fuq il-midja soċjali Lindsay Bongailas, bint il-koppja, hekk kif tellgħet ritratt li juri l-koppja fl-isfond. Tarcisio u Joyce għandhom 65 sena u 59 sena rispettivament.

Hija rringrazzjat lil kull min bagħat messaġġ ta’ kuraġġ, speċjalment il-familja tagħha.

“Ejja Joyce u Cisio tagħna ħa mmorru lura d-dar” – temm jgħid il-messaġġ ta’ Lindsay lill-ġenituri tagħha.

Family photo 2021 💪Mum and dad are slowly recovering and better every day. Once again thanks to all your messages you…

Posted by Lindsay Bongailas on Wednesday, January 13, 2021

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn