Filmat: Omm u tarbija ta’ sentejn evakwati lejn Malta

Omm ta’ 23 sena u t-tarbija tagħha ta’ jumejn, li kienu fost dawk salvati mill-bastiment Open Arms, ġew evakwati lejn Malta permezz ta’ ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta iktar kmieni dalgħodu. Il-bastiment Open Arms matul il-lejl li għadda salva aktar minn 300 immigrant. Intant Spanja kkonfermat li se tkun qed toffri port ta’ sigurtà lil 307 immigranti fil-pajjiż.

Skont il-fundatur tal-għaqda Proactiva Open Arms, Oscar Camps, it-tifel twieled max-xtajta Libjana. Camps qal ukoll li l-għaqda tiegħu tablet lill-Gvern Malti jassistihom bi provisti għat-300 immigrant abbord iżda l-għajnuna ma waslitx.

Fi stqarrija, l-Forzi Armati qalu li l-evakwazzjoni fil-Mediterran seħħet 57 mil nawtiku fin-Nofsinhar ta’ Malta. Qalu wkoll li l-ħelikopter niżel fil-bażi tal-ajru tal-Armata u l-omm u t-tarbija ttieħdu immedjatament lejn l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Newsbook.com.mt huwa infurmat li l-kundizzjoni tat-tarbija u Ommha huma stabbli.

Ħidma tal-NGO Sea-Watch issalva 33 immigrant ieħor

Ħidma separata din id-darba mill-NGO Sea-Watch wasslet sabiex jiġu salvati 33 persuna oħra minn fuq il-baħar. Sea-Watch kellha l-vapur tagħha maqbud Malta, kif ukoll l-ajruplan tagħha bl-isem ta’ Moonbird, għal xi xhur qabel ma dawn tħallew jitilqu mill-port.

S’issa għadu mhux magħruf x’se jsir minn dan il-grupp ta’ immigranti.

Filmat: Olmo Calvo

L-istorja bl-Ingliż hawnhekk.