Omm u tarbija fost il-vittmi ta’ splużjoni fit-Turkija

Ħames persuni nqatlu u 39 oħra ndarbu wara li splużjoni kkawżata minn bomba f’karozza, laqgħtet il-kwartieri ġenerali tal-pulizija fit-Turkija. Fost il-mejta hemm omm u tarbija.
Bħalissa għadhom għaddejjin it-tfittxijiet għall-vittmi fid-distrett ta’ Cinar, fil-provinċja ta’ Diyarbakir.
L-uffiċjali qed iżommu responsabbli lill-militanti Kurdi, li huma attivisti fil-provinċja.
Il-bomba li splodiet fl-entratura tal-kwartieri ġenerali tal-pulizija, ħalliet diversi ħsarat fid-djar fil-qrib.
Wara l-isplużjoni, l-attakkanti sparaw diversi rockets fuq l-istess kwartieri.
Fix-xhur li għaddew, il-provinċja ta’ Diyarbakir rat diversi ġlied bejn is-separatisti Kurdi u l-armata Torka.