Aġġornata (2): Mara fil-periklu tal-mewt u tifel l-isptar wara ħabta fiż-Żurrieq

Mara ta' 64 sena tinsab fil-periklu tal-mewt u tifel ta’ erba’ snin ġarrab ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku li seħħ kmieni llum wara nofsinhar fi Triq il-Belt Valletta fiż-Żurrieq.
Il-vettura li kienet qed issuq il-mara, residenti l-Fgura ħabtet ma' karozza oħra misjuqa minn żgħażugħ ta' 22 sena residenti Ħal Għaxaq. 
Mal-ħabta, il-mara u t-tifel inqabdu fil-vettura tant li kellhom jinħarġu bl-għajnuna tal-Protezzjoni Ċivili.
Iż-żagħżugħ ukoll iddaħħal l-isptar isofri minn xokk qawwi u ġrieħi ħfief.
Fuq il-post issejħu ambulanzi li ħadu li t-tliet persuni l-isptar Mater Dei.