Omm tpattiha ‘l bintha…Jeħlu magħha l-One Direction!

Omm Awstraljana ddeċidiet li tpattiha lil bintha, b’dak li qed jitqies bħala l-aktar oġġett diżgustanti li qatt ġie irkantat fuq eBay.

Wara li t-tifla għamlet żmien tiffrekwenta d-dar ta’ tifel ikbar minnha, minflok tmur torqod għand sħabha, ommha skopriet li gidbitilha.

Dan wassal biex l-omm tilfitha bl-ikrah u ddeċidiet li tagħtiha lezzjoni.

Marret fuq eBay u tefgħet għall-bejgħ il-biljetti għall-kunċert ta’ One Direction li kienet għadha kif xtrat lil bintha għal għeluq sninha u li kienet se tattendi flimkien ma’ sħabha.

Il-messaġġ li l-omm kitbet fuq eBay dwar bintha kien wieħed umiljanti ħafna għat-tifla. Kien jgħid hekk: “Dawn huma l-erba’ biljetti għall-kunċert ta’ One Direction li se jsir f’Sydney fil-25 ta’ Ottubru li ġej. Tista’ tirringrazzja lil binti għall-attitudni tagħha għall-opportunità li qed tagħtik biex takkwista dawn il-biljetti.”

Fil-messaġġ l-omm qalet lil bintha li dak li għamlet jagħtiha risposta li ma kinitx qed tparla fil-vojt u li għandha titgħallem tirrispetta u tħobb lill-ġenituri tagħha.

L-omm kienet urtata wkoll għall-ħbieb ta’ bintha li kollha kienu kompliċi f’din l-istorja.

Temmet il-messaġġ tagħha billi qalet lil bintha, li minkejja li jista’ jkun li t-tifla se ssir tobgħodha, hi se tiġi taqa’ u tqum, għax huwa l-irwol tagħha li ttellagħha bħala mara responsabbli.