Omm tirrovina s-sorpriża tal-libsa tat-tieġ ta’ bintha

wedding dress shop

Read in English.

Tfajla li waslet biex tiżżewweġ marret ma ommha u xi ftit persuni oħra li stiednet f’ħanut sabiex issib il-libsa li biha kienet sejra tiżżewweġ.

Dan il-pass huwa wieħed importanti u kemmxejn stressanti għal bosta nisa li jkunu jridu jsibu l-libsa perfetta għal waħda mill-isbaħ ġranet ta’ ħajjithom.

It-tfajla talbet lil dawk li marru magħha sabiex ma jieħdux ritratti tal-libsa, speċjalment jekk tkun il-libsa li se tixtri għat-tieġ.

Iżda ommha kellha pjanijiet oħra, tant li malli bintha sabet il-libsa perfetta għaliha, ddeċidiet li toħdilha ritratt bil-moħbi u tibgħatu lil missierha, ħuha u oħt l-għarus tagħha.

It-tfajla saret taf hekk kif oħt l-għarus tagħha għadditilha kumment fuq il-libsa, minkejja li ma kinietx preżenti għall-prova.

Kien hawn li ddeċidiet li tħalli l-istorja tagħha fuq is-sit Mumsnet fejn bosta kienu dawk li kkummentaw li ma kienx xieraq li l-omm marret kontra x-xewqiet ta’ bintha li l-libsa tibqa’ sorpriża sa dakinhar tat-tieġ.