Omm tintlaqat bi żball b’tir sparat minn binha tar-rispett

Mara ntlaqtet bi żball minn tir li ġie sparat minn binha tar-rispett.
Il-każ seħħ f’Georgia fl-Istati Uniti meta r-raġel spara għal annimal imsejjaħ ‘armadillo’, li malli jara xi periklu litteralment jidħol f’qoxortu. Il-qoxra tiegħu tiġi iebsa daqs il-blat.
Malli ħabat mal-qoxra tiegħu, il-bullet qabeż ‘il fuq u ntlaqtet il-mara, li għandha 74 sena.  B’xorti tajba ġarrbet biss ġrieħi ħfief.