Omm tinsa tarbija f’karozza tagħli

Tarbija ta’ tlett xhur mietet wara li tħalliet f’karozza magħluqa fl-Amerka.

Aiden Miller intesa minn ommu meta kellha tieħdu f’day care, iżda ħallietu f’karozza li saret qisha forn fis-sħana tas-sajf.

Hija indunat biss b’li ġara meta wara x-xogħol fetħet il-karozza u xammet riħa tinten immens. Aiden ittieħed l-isptar mal-ewwel, iżda kien ġa mejjet.

Il-missier jappella li din l-istorja twassal biex dan l-iżball ma jsirx minn nies oħra.

Il-Pulizija qed jinvestigaw il-każ.