​Omm tinsa isem it-3 uliedha wara puplesija

Omm ma setgħetx tiftakar isem it-tliet uliedha wara li tatha puplesija fl-età ta’ 37 sena.
Minbarra li tilfet il-memorja meta qamet filgħodu, Debby Fields ma kinitx kapaċi ċċaqlaq id-driegħ u r-riġel tal-lemin.
Għaddew ħames snin u Debbie għadha ma tistax tuża waħda minn idejha, bil-konsegwenza li ma kellhiex għażla oħra ħlief li tieqaf minn kors universitarju.
Minkejja dan, ingħaqdet ma’ Assoċjazzjoni tal-Puplesija biex tgħin lil persuni jerġgħu jibdew jitkellmu.  Fakkret li kien hemm żmien fejn setgħet tgħid biss ‘iva’ u ‘le’.