Omm tarbija ta’ 10 xhur tintbagħat lura s-Serbja

Photo: Archives

Omm tarbija ta’ għaxar xhur, Jana Majstorovic,  ġiet ikkundanata sitt xhur ħabs sożpiżi għal sentejn. Il-Qorti ordnat li l-omm Serba ta’ 27 sena tiġi deportata lejn pajjiżha. Dan wara li ammettiet l-akkużi miġjuba kontriha quddiem il-Qorti ppreseduta minn Doreen Clarke.

Fil-passat, Majstorovic  ġiet deportata minn Malta wara li hija kienet tgħix fil-pajjiż illegalment. Hija xorta waħda rritornat lejn Malta u weldet fil-pajjiż.