Omm tammetti li kienet kompliċi fil-ħruq ta’ bieb ta’ residenza

Omm ta’ 29 sena minn Birkirkara ammettiet li kienet kompliċi biex ingħata n-nar lill-bieb ta’ barra ta’ residenza fejn joqgħodu l-ġenituri li magħhom tgħix bintha.
It-tifla qed tgħix ma’ koppja fil-Gżira li qed jagħmlu fostering. Jidher li t-tifla ttieħdet lill-omm b’ordni ta’ ħarsien.
L-omm ammettiet ukoll li użat vjolenza biex tiskoraġġixxi lill-koppja milli jadottaw lil bintha, u li wettqet ħsara ta’ madwar €2,500.
Il-każ seħħ fil-Gżira f’Lulju li għadda, ġimgħatejn biss wara li l-missier sab it-tyres tal-karozza tiegħu mċarrtin b’daqqiet ta’ sikkina.
Il-Maġistrat Carol Peralta mistenni jagħti s-sentenza wara li jsir rapport mis-servizzi soċjali dwar il-mara.